L-Għaqda Universitarja tal-Għawdxin, il-GUG, qed jipproponu l-idea biex l-Għawdxin tingħatalhom il-possibilità li l-lezzjonijiet tal-Università jibdew isiru permezz ta’ telekonferenzi mill-Kampus tal-Università f’Għawdex. Dan wara li ż-żmien tal-pandemija wriet kemm din is-sistema hija effiċjenti għall-istudenti.
Qalet dan il-President tal-GUG Renee Formosa, fejn saqħet li din il-proposta tkun tista’ tnaqqas il-piż ta’ traġitt tal-istudenti Għawdxin, speċjalment il-Ġimgħa wara nofshinar.
“Il-proposta propja kienet biex nibdew il-Ġimgħa wara nofshinar u filgħaxija, jiġifieri bħal ma jaf kulħadd ikun hemm it-traffiku għall-vapur ikun hemm it-traffiku mat-toroq u min ikollu xi ħaġa filgħaxija forsi l-Ġimgħa Għawdex ma jkunx jista’ jasal minħabba l-lectures.” Stqarret Formosa.
Saqħet li l-kampus f’Għawdex diġa’ hu mgħammar bl-apparat meħtieġ biex jipprovdi dan is-servizz ta’ telekonferenzi.
Formosa qalet li din il-proposta se tkun ta’ għajnuna wkoll għal dawk l-ħaddiema Għawdxin li għandhom korsijiet Malta.
Hi sosntniet, “Din tkun tista’ tgħin lil dawk il-full-time worker li jaħdmu ġewwa Għawdex li jitilgħu xi 3 darbiet fil-ġimgħa u jkollhom jitilqu mix-xogħol f’Għawdex jaqbdu l-vapur jmorru l-università i jista; jkun li jkunu qed jivvjaġġaw f’mumenti traffikużi imbagħad ikollhom lecture sa filgħaxija u jkunu jridu jmorru lura d-dar. ”
Formosa żiedet tgħid li m’hux qed jitolbu li l-lezzjonijiet għandhom isiru biss permezz ta’ konferenzi onlajn hekk kif xi suġġetti jirrakomandaw il-preżenza tal-istudent, iżda qed jippropona li l-Għawdxin ikollhom l-għażla.
Barra minn hekk, xi studenti lanqas biss għandhom il-mezzi biex jikru f’Malta u huma sfurzati biex jmorru Malta kuljum għall-lezzjonijiet tagħhom.
Dawn l-istudenti jistgħu jiffaċċjaw bosta diffikultajiet li jistgħu jxekklu l-vjaġġ tagħhom lejn l-università.