L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu taqbel li l-l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta taħdem b’mod vijabbli.
Fi stqarrija l-GTA qalet li hija temmen li l-Gvern għandu jagħmel dak kollu possibbli biex jagħmel il-linja nazzjonali tal-ajru bħala waħda vijabbli.
L-Assoċjazzjoni qalet li deċiżjonijiet diffiċli kellhom jittieħdu.
Dan f’kuntest li l-Air Malta hija ass importanti għall-pajjiż u l-kumpanija tal-ajru tilgħab irwol importanti fis-settur turistiku.
Il-GTA sostniet li l-gżejjer Maltin ma jistgħux jifilħu li jkunu dipendenti fuq linji tal-ajru oħrajn.