L-Assoċċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA laqgħu b’sodisfazzjoni l-inawgurazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u fi stqarrija l-assoċċjazzjoni kitbet li tinsab kunfidenti li dan il-proġett ser itejjeb l-infrastruttura diġitali f’Għawdex.
L-istqarrija kompliet tgħid li proġetti bħal dawn ser jagħtu l-opportunità lill-gżira Għawdxija sabiex tiftaħ il-bibien tagħha għall-investiment u għall-ħolqien tax-xogħol fis-settur diġitali. B’hekk it-tieni fibre optic cable ser ikompli jistabbilixxi ekonomija diġitali għar-reġjun Għawdxi.
Filwaqt li l-Assoċċjazzjoni tinsab sodisfatta bil-miżuri serji u konkreti li qed jiġu implimentati iżda ħeġġet lill-Gvern sabiex ikompli bil-ħidma tiegħu sabiex tiżdied il-konnettività bejn il-gżejjer.
L-istqarrija temmet tgħid li t-tieni fibre optic ser jiffaċilità l-attività ekonomika Għawdxija filwaqt li ħa toħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol.