L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar dwar l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement.
Dan hekk kif illum tħabbar kif filwaqt li l-miżura tal-Covid Wage Supplement se tiġi estiża sa Ġunju li ġej, din mhux se titwaqqaf ħesrem fl-aħħar ta’ Ġunju hekk kif in-negozji l-aktar milquta se jibqgħu jingħataw l-għajnuna massima ta’ €800 sal-aħħar ta’ din is-sena minħabba l-impatt tal-pandemija.
Il-GTA spjegat kif din se tkun qed tkompli tgħin lil dawk in-negozji li ntlaqtu l-aktar tul din il-pandemija fejn qalet kif tapprezza li l-Gvern ħa din id-deċiżjoni u ħabbar dawn il-miżuri li permezz tagħhom se jkomplu jservu ta’ għajnuna biex jiġu salvati eluf ta’ impjiegi.