Il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew faħħar ir-riformi tal-Gvern Malti biex isaħħaħ is-saltna tad-Dritt.
F’rapport tal-S&D ġie spjegat li taħt il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, Malta wettqet għadd ta’ riformi pożittivi li tejbu l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u li għenu biex ikun hemm riżultati pożittivi biex jiġu kkundannati dawk li wettqu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Grupp tal-S&D sostna li nhar il-Ħamis se jkun qed jivvota favur riżoluzzjoni tal-PE li se tkun qed tirrikonoxxi t-titjib li qed isir b’rabta mas-saltna tad-Dritt f’Malta.
Il-kelliem għall-Grupp tal-S&D dwar riżoluzzjoni li ġiet ippreżentata fil-Pedwar is-saltna tad-Dritt f’Malta, Thijs Reuten, qal li l-Gvern Malti wettaq riformi urġenti li kienu ta’ importanza fit-tibdil tas-sistema ġudizzjarja. Sostna li dawn ir-riformi jidher li se jkunu effettivi.