Il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, b’kollaborazzjoni maż-Żgħażagħ Laburisti, organizza diskussjoni miftuħa dwar il-Futur tal-Ewropa.
F’din id-diskussjoni li għaliha ġew mistiedna ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, flimkien ma’ bosta persuni minn setturi differenti tħabbtu diversi ħsibijiet fosthom dawk dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, id-drittijiet u l-ugwaljanza, id-diġitalizzazzjoni u suġġetti oħrajn li jolqtu l-kommunita’ Ewropea.
Il-President taż-Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja flimkien mal-uffiċjal politiku Miguel Cauchi sostnew kif din id-diskussjoni tat opportunità biex ir-rappreżentanti taċ-ċittadini Ewropej jisimgħu liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.