Il-grupp tal-ħodor iddeċieda li jagħti vot ħieles dwar Leo Brincat.
It-tieni test minn tlieta għan-nominat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri se jkun għada. Wara li għadda mill-ewwel test, Leo Brincat mistenni jiffaċja vot diffiċli fil-Parlament Ewropew wara li l-grupp Popolari ta direzzjoni għall-vot kontra tiegħu. Dan huwa l-grupp li fih hemm rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.
Issa nistgħu niżvelaw li l-laqgħa tal-grupp tal-ħodor kienet waħda mqanqla anke għaliex elementi fil-grupp iridu jipprotestaw għall-fatt li kien hemm nuqqas ta’ nominati nisa għal din il-kariga fil-qorti tal-awdituri.
Bin-nomina Maltija tispiċċa l-vittma tagħhom.