Il-Grupp ta’ kantanti tfajliet FAITH, ħabbru li nfirdu. F’ġimgħa kkarateriżżata mill-finali ta’ XFactor Malta u l-Malta Eurovision Song Contest, dawn it-tfajliet għamluha uffiċjali li l-esperjenza tagħhom flimkien issa ntemmet.

”B’aktar minn sentejn mit-twaqqif tagħna, fil-programm XFactor Malta, iddeċidejna li għall-ġid tagħna b’mod individwali jkun aħjar jekk dan il-vjaġġ flimkien jintemm hawn”
FAITH

Il-grupp kompost minn Chanelle, Maya, Demi, Ema u Megan kienu ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta u kienu qed jagħmlu suċċess flimkien. Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod appoġġjawhom f’din l-esperjenza u stqarru li tul dawn is-sentejn u aktar tgħallmu ħafna ġid li ser isservi tul il-karriera rispettiva tagħhom.