Il-Grupp Parlamentari mhuwiex il-Partit Nazzjonalista.
Hekk iddikjara l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista ma’ The Malta Independent.
Delia qal li huma l-kumitati tal-amministrattiv u l-eżekuttiv li jiffurmaw il-Partit. B’dawn il-kumitati huma magħmulin minn nies qrib Adrian Delia, kumitati li qal Delia huma l-organu tal-Partit.
Bit-tmexxija tal-Partit, l-eżekuttiv u l-amministrattiv imexxu l-operat tal-Partit.
Fl-intervista, Delia qal li d-deputati Nazzjonalisti jiġu eletti biss sabiex jiddiskutu l-liġijiet fil-Parlament.
Id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia, li qiegħed inaqqas mill-importanza tad-deputati Nazzjonalisti, li jiffurmaw parti mill-grupp parlamentari, tkompli tikkonferma kemm Delia qiegħed iwarrab lid-deputati tiegħu li huma r-rappreżentanti tal-poplu.
Tliet d-deputati Nazzjonalisti li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-Grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ilu ma jiltaqa’ xahrejn.
Ħlief għal darba, b’deputat Nazzjonalista qal li fil-ħmistax ta’ April il-grupp parlamentari ltaqa’ għal nofs siegħa biss.
Dan id-deputat qal li dakinhar kellhom jiddiskutu l-mozzjoni dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Fil-fatt ma ddiskutejna xejn u litteralment iddeċidejna kif se nivvotaw ftit qabel ma ttieħed il-vot, qal dan id-deputat Nazzjonalista.
Dan kollu ikompli jikkonferma, kemm minkejja li Delia jagħti stampa mod, l-inkwiet fil-grupp parlamentari għadu hemm. B’Delia qiegħed jagħżel li jwarrab lid-deputati Nazzjonalisti mill-Partit.