Sostnew dan deputati nazzjonalisti mal-ġurnal The Times li qalu qed iħossuhom frustrati bis-sitwazzjoni fil-partit nazzjonalista u n-nuqqas ta’ ħeġġa tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Dan fid-dawl tal-fatt li l-grupp parlamentari nazzjonalista mhux jitlaqa b’mod regolari.
Fil-fatt l-aħħar laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista saret f’Ġunju li għadda, minkejja li l-parlament kien għadu jiltaqa f’Lulju.
Deputat nazzjonalista li tkellem mat-Times bil-kundizzjoni tal-anonimità qal – “The parliamentary group is in a state of disarry. While it is normal that things slow down in August, lets not forget that Parliament was still in session up until July.”
L-stess deputat nazzjonalista qal li mingħajr laqgħat tal-grupp parlamentari, deputati nazzjonalisti jispiċċaw jirikorru għal mezzi oħra biex jesprimu t-tħassib u l-opinjoni tagħhom fuq ċertu temi.
Deputat Nazzjonalista ieħor qal li huwa dizunur li Adrian Delia ma laqqax grupp parlamentari meta ried ikeċċi lil Kap Preċidenti Simon Busuttil dwar l-inkjesta Egrant. Deċizzjoni li falla minnha.
Dan in-nuqqas wassal sabiex għadd ta’ deputati jirrikori fuq facebook u jiktbu messaġġi ta’ solidarjetà lejn Simon Busuttil.
“Everyone is working as individual” qal deputat nazzjonalista ieħor lit-Times of Malta, fejn spjega kif deċiżjonijiet dwar policies qegħdin jittieħdu fuq livell eżekuttiv u amministrattiv.
L-stess Deputat Nazzjonalista qal li ladarba fis-sajf l-affarijiet jikkwietaw xi ftit kien jistenna li jkun hemm laqgħat tal-grupp parlamentari mod frekwenti.
Izda dan d-deputat qal li għandu l-impressjoni li laqgħat tal-grupp parlamentari mhux isiru minħabba li hemm deputat nazzjonalisti jopponu t-tmexxija ta’ Delia.
F’intervista li kellu fuq Times Talk din il-ġimgħa, l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mera l-fatt li l-grupp parlamentari mhux jitlaqa. Fil-fatt akkuża deptuati tiegħu b’intenzjonijiet ħżiena.
Those sources are giving you incorrect information – i would be very happy to meet those sources. If they are mps they are mps who have intents which are not good intents.
Intant, wieħed mid-deputati nazzjonalisti li tkellem mal-tal-gazzetta ħareġ informazzjoni żbaljata dwar is-seduti tal-baġit għas-sena d-dieħla. Fl-artiklu ngħad li se jinbidel il-jum li fih se ssir ir-replika tal-kap tal-oppozizzjoni għad-diskors tal-baġit.
B’reazzjoni għal dan, il-Whip Laburista Byron Camilleri qal li l-unika differenza hija n-nuqqas ta’ dan id-deputat li jifhem il-kontenut mibgħut lill-Whip Nazzjonalista.