Il-Kunsill tal-Arti spjega li diġa ġew konfermati tliet gruppi mużikali li se jdoqqu f’Malta. Il-bands konfermati sa issa huma il-grupp mużikali Krokus se jkunu qed jiftħu s-separju fl-20 ta’ Mejju, Procul Harum, se jiġu f’pajjiżna fil-5 ta’ Ottubru, filwaqt li fil-25 ta’ Awissu se nkunu nistgħu ngawdu mill-mużika tant popolari tal-kantant Bob Marley hekk kif il-grupp tiegħu The Wailers, se jkun qed jagħti kunċert f’Malta.
Dawn il-kunċeri se jservu tajjeb mhux biss biex aktar turisti jagħżlu pajjiżna biex jaraw u jisimgħu dawn il-gruppi mużikali tant popolari iżda wkoll se sservi ta’ opportunità għal bands Maltin li se jkunu qed jiftħu dawn l-avvenimenti. Fost dawn il-bands lokali wieħed se jkun jista’ jisma’ l-mużika ta’ bands rinomati bhal Red Electrik, The Riffs u No snow No alps.