Il-grupp militari f’Myanmar ħa l-kontroll tal-pajjiż taħt idejh għal sena wara li numru ta’ politikanti nżammu arrestati.
Il-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi kienet fost dawk li nżammu arrestati wara rejd li seħħ it-Tnejn filgħodu.
Intant ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza fil-pajjiż u sadanitant ingħata l-poter f’idejn il-Kmandant tal-forzi armati tal-pajjiż.
Il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija li tirregola qalet li Suu Kyi talbet lill-pubbliku sabiex ma jaċċettax dan u joħroġ jipprotesta.
Filwaqt li fi stqarrija f’isimha tennew li azzjonijiet bħal dawn ser ippoġġu lill-pajjiż lura għal dittatorjat.