Il-grupp Merċenarju Wagner m’għadux relevanti fl-Ukrajna, u mhux qed jipparteċipa b’mod sinifikanti f’operazzjonijiet fl-Ukrajna.
Dan stqarru kelliem għall-Pentagon, wara l-isfida li l-grupp Wagner kien qajjem mal-awtorità Russa.
Il-grupp Wagner kien strumentali sabiex ir-Russja tikseb il-kontroll tal-belt Bakhmut.
Wara l-patt li waqqaf din ir-ribelljoni, il-membri tal-Wagner kellhom l-għażla li jew jingħaqdu mal-Armata Russa jew inkella jmorru l-Belarus mal-mexxej tagħhom, Yevgeny Prighozin.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, kelliema għall-Kremlin qalu li Putin iltaqa’ ma’ Prighozin f’Moska, ftit ġranet wara din ir-ribelljoni, li kienet qajmet ukoll il-possibilità ta’ kolp ta’ stat