Fis-7 ta’ Ġunju, il-grupp tar-rock MIRAGE ser jagħtu xow b’numri mill-albums tagħhom, minn dawk prog-rock tal-ewwel snin sal-pop elettroniku. Il-kunċert ser jibda b’supporting-act tal-kantawtur żgħażugħ Noah Fabri. Il-bibien tat-teatru jinfetħu fis-7.30pm. Biljetti jistghu jinxtraw minn https://www.showshappening.com/Mirage/Live-at-Teatru-San-Alwigi.
MIRAGE huma ferħanin ħafna li se jerġgħu jmorru lura lejn il-Kulleġġ San Alwiġi għall-kunċert tagħhom. Kien f’dan il-kulleġġ fejn il-grupp ifforma fl-1977, bħala prog-rock band u komplew biex matul is-snin ħadu sehem regolarment fix-xena tal-mużika rock f’Malta. Din is-sena, MIRAGE ser jiċċelebraw l-40 anniversarju tal-kunċert ewlieni tagħhom li taw fl-MCC, bħala ċelebrazzjoni tal-mużiċisti li xi darba jew oħra kienu jiffurmaw parti mill-grupp. Illum, MIRAGE huma Andrew Vella Zarb (kitarri u kant prinċipali), Michael Vella Zarb (drums u kant), Robert Longo (kitarri), Jon Vella Zarb (bass u kant), u Denis Vella (keyboards).