Għat-tmien sena konsekuttiva, l-Grupp Kaċċaturi u Nassaba tas-‘South’ ppreżentaw donazzjoni ta’ €6,900 b’risq il-proġett tat-tnissil fil-magħluq u rilaxx fis-selvaġġ tal-gamiem tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
Il-prezentazzjoni saret lill-Kunsill tal-FKNK fl-uffiċini tal-istess FKNK fl-Imsida. Din is-sena l-Grupp Kaċċaturi u Nassaba tas-‘South’, immexxi minn Pierre Annati, ġabru d-donazzjoni permezz ta’ diversi attivitajiet flimkien ma membri individwi tal-FKNK, Sotto-Kumitati u Għaqda Distretwali fi ħdan l-FKNK li kienu s-Sotto-Kumitati tal-KRPE, tal-Aħrax tal-Mellieħa u tal-Miżieb flimkien mall-GħKNK Żurrieq.
Il-Kunsill tal-FKNK irringrazzja lil dan il-Grupp ta’ din l-inizzjattiva u fakkar kemm dan il-proġett huwa essenzjali għal Malta bħala kontribut lejn l-ispeċi tal-gamiema. Ġie komunikat li mhux biss qiegħed ikun ta’ valur lejn l-ispeċi, imma qiegħed iħalli frott li jiġi użat għal ġustifikazzjoni ta’ deroga għall-kaċċa tal-gamiem anki fir-rebbiegħa.
Il-Kunsill tal-FKNK irrisponda mistoqsijiet li tqajmu waqt li ta informazzjoni li dawk prezenti waqt dan l-avveniment.
Il-FKNK tieħu din l-opportunita’ biex tirringrazzja mill-ġdid lil kull min kien protagonist għal ġabra ta’ din id-donazzjoni ferm sabiħa, u ser tkun qegħda tħares il-quddiem biex tikkomunika aktar riżultati pożittivi u aġġornament dwar dan il-proġett.