Il-grupp Caminiamo ppreżenta s-somma ta’ aktar minn €10,800 lill-Fondazzjoni Sebħ.
Dan hekk kif, f’Settembru li għadda l-grupp, li huwa magħmul minn 25 voluntier li għandhom għal qalbhom il-passatemp tal-mixi, organizzaw mixja bit-tema ‘Kull Pass Jgħodd’. Huma mxew 325 kilometru fuq medda ta’ għaxart ijiem u għażlu r-rotta Camino di Santiago qalb il-ġmiel tan-natura, fi tlajja’ u nżul u f’kundizzjonijiet diversi tat-temp.
Il-grupp Caminiamo stqarr li l-għan ewlieni ta’ din il-mixja kien biex jinġabru fondi għaċ-ċentru terapewtiku u s-servizzi li toffri l-Fondazzjoni Sebħ. Tenna iħares ‘il quddiem għall-Camino di Santiago f’2022, bil-għan li jkompli jgħin lill-Fondazzjoni Sebħ.
Min hu interessat jingħaqad mal-grupp Caminiamo u jgħin lill-Fondazzjoni Sebħ jista’ jibgħat email fuq Caminaimo fuq caminiamo@gmail.com.