Bjorn Ulvaeus u Benny Andersson mill-grupp mużikali Abba, xejnu spekulazzjonijiet ta’ rijunjoni waqt il-Eurovision Song Contest is-sena d-dieħla fl-Iżvezja.
Dan hekk kif is-sena d-dieħla se timmarka l-ħamsin anniversarju minn meta l-Abba rebħu l-Eurovision bil-kanzunetta “Waterloo”.
Meta tkellmu mal-BBC Newsnight, Bjorn u Benny ċaħdu wkoll l-idea li jistgħu jikkomponu l-kanzunetta li tikkompeti biha l-Iżvezja.
Minn meta rebħu l-Abba fl-elf disa’ mija u erbgħa u sebgħin, l-Iżvezja rebħet il-Eurovision ħames darbiet oħra, inkluż din is-sena f’Liverpool.