Il-grilling mill-kumitati tal-Parlament Ewropew lill-Kummissarji Ewropej nominati se jsiru bejn l-erbgħa u t-tnax ta’ Novembru li ġej.
Dawn il-kumitati se jitlaqgħu fi Brussell. Stqarrija mill-Parlament Ewropew qalet li n-nominat Malti għall-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef se jidher quddiem il-kumitati tal-kultura, tal-libertajiet ċivili, tal-impjiegi u tal-affarijiet legali.
Micallef ġie assenjat bil-portafoll taż-Żgħażagħ, għall-Ġustizzja bejn il-Ġenerazzjonijiet, l-Isport u l-Kultura mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.