U hekk kif il-Milied u l-festi joqorbu hekk ukoll Arani Issa din il-ġimgħa se jagħti lit-telespettaturi festa ta’ emozzjonijiet u sorpriżi! U kif jagħmel ta’ kull ġimgħa, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu, ser iferrħu aktar familji doverużi mifruxa ma’ Gżiritna. Huwa għalhekk li Arani Issa l-ewwel ħabbat il-bieb ta’ Antonia fil-Gżira, mara, omm u nanna ta’ veru li ser tingħata trasformazzjoni hekk kif jixraqilha! U xi ngħidu għall-istorja ta’ Carmen? Din ser tkun storja li tassew ser tmiss il-qlub kollha tat-telespettaturi, għaliex Carmen intgħażlet għal programm Arani Issa u x’sorpriża hemm lesta għaliha lil din il-mara stupenda?
Iżda din il-ġimgħa, bla dubju l-istorja ta’ Marylee ser tisraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha hekk kif ser nisimgħu u napprezzaw flimkien il-kuraġġ inkredibbli ta’ din il-mara li minkejja li tinsab fis-siġġu tar-roti, hija mara li tispira lil kulhadd. Mara li taffaxxinak bil-ħlewwa, kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha. Mara li minkejja kollox, irnexxielha ttella’ familja b’tant sagrifċċji u mħabba! U x’għandu lest għal Marylee Arani Issa?
Flimkien ma’ dawn l-istejjer uniċi, Arani Issa ser ilaqqgħana aktar fil-viċin ma’ Joe u Carmen tal-Greenfields. Ser insiru nafuhom aħjar u ser ngħixu flimkien mumenti emozzjonanti ta’ koppja li għal għexieren ta’ snin, serqu u għadhom jisirqu l-qlub ta’ kulhadd!
Arani Issa jixxandar is-Sibt fit-8:35pm fuq ONE