Il-Greċja lestiet programm ta’ bail out miż-żona ewro li dam għaddej tliet snin. Dan kien sar biex jgħin lill-pajjiż jiġġieled il-kriżi finanzjarja tiegħu.
Dan ifisser li għall-ewwel darba fi tmien snin, il-Greċja tista’ tissellef il-flus minn swieq finanzjarji barranin. L-ekonomija Griega kibret b’rata baxxa fl-aħħar snin, iżda hija 25% inqas minn meta bdiet il-kriżi finanzjarja.
Għajnuna li tat l-IMF mill-2012 ammontant għal iktar minn €260bn – l-ikbar bail out fl-istorja finanzjarja globali. Fl-istess ħin, il-Mekkaniżmu għall-Istabbiltà Ewropea, l-ESM, pprovdiet kważi €62 biljun f’dawn it-tliet snin.
Dan kollu ta l-appoġġ meħtieġ lill-Gvern Grieg biex jimbotta l-ekonomija tal-pajjiż ‘il quddiem.