Il-Greċja saret l-ewwel pajjiż b’maġġoranza ta’ Kristjani Ortodossi, li llegalizzat iż-żwieġ għal koppji tal-istess sess.
Wara l-vot li għadda fil-Parlament, koppji tal-istess sess se jkollhom anki l-opportunità biex, legalment, jadottaw it-tfal.
Il-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis qal li l-liġi l-ġdida se ttemm inugwaljanza serja.
Minkejja dan, din il-liġi tidher li qasmet pajjiż, hekk kif sabet reżistenza qawwija mill-Knisja Ortodossa, tant li dawk b’dan it-twemmin mexxew anki rally ta’ protesta f’Ateni.