Il-poplu Grieg żamm strajk ġenerali b’reazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet b’riżultat li waqfu s-servizzi pubbliċi fosthom anke t-trasport pubbliku.
L-istrajk sar f’kuntest ta’ żieda fil-prezzijiet u inflazzjoni li qed tolqot lill-Ewropa kollha kawża taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar biex b’hekk skattat gwerra li sal-ġurnata tal-lum baqgħet ma qatgħet xejn.
Kawża ta’ dan il-poplu Grieg affaċċja żieda ta’ 7.2% fil-prezzijiet tal-dawl.
Żieda rekord mindu l-Greċja adottat il-munita tal-ewro fl-2001.