Il-Greċja ntlaqtet minn terremot qawwi għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu. Il-qawwa tat-terremot huwa ta’ 6.2 fuq skala richter.
It-terremot laqat iż-żona ta’ bejn Lárisa u Týrnavos u qed jingħad li possibbilment inħass ukoll f’Ateni.
Iċ-ċentru sismoloġiku Ewropew tal-Mediterrann semma li t-terremot affettwa anke pajjiżi oħra fosthom il-Bulgarija, il-Kroazja, it-Turkija u l-Italja.
Terremot li jimmarka aktar minn sitta fuq skala richter huwa meqjus fost l-aktar qawwi fuq l-iskala richter li jista’ jikkawża ħsara severa.
Sa issa għadu mhux magħruf il-ħsarat li hemm u jekk indarbux xi persuni.