Żewġ persuni mietu filwaqt li eluf ta’ residenti u turisti ġew evakwati minn postijiet fit-tramuntana tal-belt kapitali Griega, Ateni. Dan hekk kif in-nirien komplew jinfirxu fil-pajjiż.
Riħ qawwi u temperaturi għoljin qed jagħmluha diffiċli għall-pumpiera biex jikontrollaw in-nirien.
Ġew irraportati aktar minn 150 każijiet ta’ nar filwaqt li sitt żoni tpoġġew taħt alert għoli.
Il-Greċja, bħal ħafna pajjiżi oħra Ewropej, qed tesperjenza sajf qalil b’temperaturi għoljin. Intant, il-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis tenna li n-nirien qed jagħtu stampa reali tat-tibdil fil-klima