F’dawn l-aħħar jiem ta’ sħana estrema fir-reġjun tal-Mediterran, bosta bliet u rħula fil-Greċja spiċċaw mingħajr elettriku.
Skont rapporti fil-midja lokali, ġie rrappurtat li fl-aħħar jiem il-grid tal-elettriku fil-Greċja rat żieda qawwija fid-domanda, kawża tas-sħana qawwija.
Dan wassal biex miljuni ta’ persuni spiċċaw mingħajr elettriku.
Fost il-bliet u l-irħula li ġew affettwati minn dan il-qtugħ ta’ dawl kien hemm dawk ta’ Thessaloniki, Kalamria, Zografou, Pagrati, Ilisia and Kaisariani, Hippocrates Polithia, Kolonos, Ruf, Drapetsona, Keratsini, Piraeus, Ano Glyfada u Melisia.
L-awtoritajiet Griegi appellaw lill-pubbliku biex ma jniżżlux it-temperatura tal-arja kkunduzzjonata għal anqas minn 26°C.