Il-grawnd tal-Mosta huwa wieħed minn ħamsa u erbgħin klabb ieħor li ħa jkun qed jibbenifika minn skemi ta’ enerġija iżjed sostennibli.
Dan wara li l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, Michael Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, inawguraw sistema ta’ dawl LEDS ġodda li ħa jkunu qed jintużaw flok l-floodlights kurrenti tal-grawnd.
Permezz ta’ dan, il-klabb tal-Mosta ħa jkun jista’ jiffikranka sa erbat elef ewro fi spejjez relatati mal-kontijiet tad- dawl u b’hekk bis-saħħa tal-għajnuna tal-Gvern jissolleva l-piż finanzjarju minn fuq dawn il-Klabbs.
Il-President tal-klabb qal li peress illi l-grawnd huwa l-ħin kollu attiv, din is-sistema ħa tkun qed tgħin ħafna lill-klabb għax jorħos l-kont tad-dawl.
Il-Ministru Farrugia kellu kliem ta’ tifħir għall-klabb tal-Mosta u klabbs oħrajn li għamlu użu minn din l-skema għaliex permezz tagħha dawn l-klabbs ikomplu jistgħu joperaw.
Bi qbil mal-Ministru, is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima stqarr illi l-flus li ħa jkunu qegħdin jiffrankaw mill-kont tad-dawl u tal-ilma jistgħu jintużaw fuq it-tfal tal-klabb. Kif ukoll jitnaqqas it-tniġġis fl-arja.
Il-Ministru Farrugia qal kif kien l-iskema kienet wegħda elettorali oħra li saret u is-Segretarju Parlamentari stqarr kif bosta klabbs, bħal tal-Judo u tat-Tennis, ħa jkunu jistgħu jużaw flushom b’mod aħjar u b’hekk jsostnu l-ispejjeż kontinwi tagħhom.