Il-grawnd tal-futbol ikoniku ta’ Maracana fil-Brażil mistenni li jissemma għal-leġġenda Brażiljan tal-futbol Pelé.
Dan wara li ttieħed vot mill-istat ta’ Rio De Janeiro sabiex jibdlu l-isem tal-post għal Edson Arantes do Nascimento – Rei Pelé.
Edson Arantes do Nascimento huwa l-isem propja ta’ Pelé filwaqt li Rei tfisser re bil-Portugiż.
Il-Gvernatur tal-Istat ta’ Rio De Janeiro għad irid japprova din il-bidla fl-isem qabel dan isir uffiċjali.
Fiż-żmien meta Pelé kien jilgħab mat-tim nazzjonali Brażiljan huwa rebaħ it-tazza tad-Dinja tliet darbiet u kien anke skorja l-elf gowl tiegħu f’dan l-istess grawnd, fl-1969, meta lagħab ma’ Santos kontra Vasco da Gama.
Il-grawnd ta’ Maracana laqa’ l-finali tat-tazza tad-Dinja tal-1950 u tal-2014 kif ukoll fih sar il-ftuħ tal-logħob Olimpiku li għadda.