Il-ground ta’ Schreiber Pace Grasso f’Raħal Ġdid se jkun qed jinbidel fi spazju miftuħ u edukattiv ta’ tnax-il elf metru kwadru.
Il-Ministru għall-Finanzi spjega li f’dan il-proġett se jitħawlu aktar minn 165 siġra, 2,500 arbuxxella u 1,500 pjanta ornamentali.
Fl-istess waqt se jkun qed isir ix-xogħol neċessarju ta’ riġenerazzjoni tal-ġnien ta’ Sant’Anton f’Ħ’Attard.
Ix-xogħol fuq l-akbar park nazzjonali, dak f’Ta’ Qali mistenni jkompli fejn matul is-sena li ġejja mistenni li jibdew il-fażijiet tal-parkeġġ u kif ukoll spazji għall-ġiri u ċ-ċikliżmu.
F’dan il-park se jkun qed jikber bi spazju akbar minn 60 grawnd tal-football u se jitħawwlu aktar minn 60,000 siġra matura.
Se jibda wkoll ix-xogħol fuq trattament għad-drenaġġ biex jibda jissuplixxi l-ilma lil dan il-park sabiex jibda jaħdem b’mod sostenibbli.