Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel funrace għal dan l-istagun. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm.
Il-kategoriji ġew maqsuma skont iċ-ċilindrata tal-muturi. Kien hemm kompetizzjonijet tal-muturi b’ċilindrata ta’ 80cc, tal-125cc u anke tal-250cc. Il-kompetizzjonijet tat-tfal ma naqsux. Peresss li din il-kompetizzjoni ħabtet eżatt f’ġurnata mill-ħames t-ijiem tal-karnival, is-sewwieqa ġew imħeġġa jilbsu kostum b’tema karnivaleska.
Fill-kategorija tal-80cc iz-żagħżugħ Jake Camilleri akkwista l-ewwel post. Huwa kien segwit minn Jorn Stellini u warajhom daħal Anthony Fenech.Imbagħad sewgwejna l-kategorija tal-125cc u hemmhekk rajna lil Mark Camilleri jakkwista 60 punt tal-ġurnata. Huwa kien segwit minn Robert Spiteri filwaqt li fit-tielet post daħal is-sewwieq Gary Bartolo.
Fil-klassi Juniors, ipparteċipaw is-sewwieqa Matthias Sultana, Craig Piscopo, Zac Tabone, Trystn Thewma u Diego Panza. Huma ngħataw tifkira tal-ġurnata mogħtija mis-sur Alex Debono, propjetarju ta’ Sports Experience Trophies & Awards.
Fl-aħħar kategorija, dik tal-250 ċilindrata, insibu lil Joseph Bigeni li ddomina din il-kategorija. Warajh daħal Jorn Stellini li kien segwit ukoll minn Robert Spiteri.
Il-ġurnata ntemmet permezz tal għoti ta’ trofej lis-sewwieqa rebbieħa. Dawn kienu sponsorjati minn JD Cycles.
Sadanittant il-kwarti finali tal- Gozo Motocross Championship 2022-fuelledbyEnemed se tkun Nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022.
L-għaqda kontinwament tħeġġeġ aktar sewwieqa, speċjalment tfal u żagħżagħ addoloxxenti ħalli jiġu jippartiċipaw f’dawn l-attivitajiet.