Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li minn nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru, il-vjaġġi tas-06.45 ta’ filgħodu mill-Imġarr u tas-07.30 miċ-Ċirkewwa se jkunu operati mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Għaldaqstant il-vjaġġ tas-07.00 ta’ filgħodu mill-Imġarr nhar ta’ Ġimgħa se jitlaq fis-06.45 ta’ filgħodu.
Dan filwaqt li l-vjaġġi kollha l-oħra ta’ filgħodu jibqgħu jiġu operati skont l-iskeda.
Il-vjaġġi kollha skedati wara nofsinhar miċ-Ċirkewwa bejn l-14.30 u l-15.45 se jkunu disponibbli għall-ġarr tal-passiġġieri u vetturi.
Fi stqarrija l-kumpanija spjegat li l-għan ta’ dawn il-bidliet huwa li jiġi minimizzat l-inkonvenjent għal uħud mill-vjaġġaturi regolari li jaħdmu f’Malta biex b’hekk tkun tista’ tgħinhom jaslu fuq il-post tax-xogħol u lura fl-iqsar żmien possibbli.