Il-Gozo Channel ħabbret li ssospendiet is-servizz tagħha minħabba r-riħ qawwi li bħalissa qed jaħkem il-gejjer Maltin, bil-bassara tat-temp qalu li saħanistra laħaq il-qawwa ta’ riefnu.
Aqra aktar:
Sadanittant, matul il-jum tal-Ġimgħa, l-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta ħareġ twissija oranġjo ta’ riħ qawwi fuq il-Gżejjer Maltin, mix-Xlokk Lvant, lokalment jilħaq qawwa ta’ riefnu għall-ewwel, li jsir ftit qawwi għal qawwi mil-Lbiċ.
Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-lejla.
Waqt li diversi postijiet fejn kien jaqbel daqu l-qilla tal-maltemp, madwar il-pajjiż ma ġewx irrapportati inċidenti serji kawża ta’ dan.
L-irwiefen qawwija wkoll qed jaħkmu Sqallija fejn inħarġet twissija ħamra hekk kif mistennija maltempati f’diversi nħawi.
Fil-fatt illum l-iskejjel f’diversi bliet ma fetħux anke ġew sospiżi vjaġġi tal-ferrovija.