Il-gżira ta’ tliet għoljiet qed tibqa’ tattira iktar nies lejha, konsegwenza diretta taż-żidiet fit-turisti li jżuru pajjiżna u iktar Maltin li qed jagħżlu li jgħaddu ftit tal-jiem Għawdex. Dan huwa rifless minn numru ta’ vjaġġi li għamlet il-Gozo Channel u n-numru ta’ persunil li telgħu fuqhom.Total ta’ 1,319,541 passiġġier qasmu bejn Mala u Għawdex bejn April u Ġunju ta’ din is-sena. Żieda ta’ 4% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. F’dan il-perjodu l-iktar li kien bieżel kien Ġunju b’464,638 passiġġier.
In-numru ta’ vjaġġi tela’ għal 5,426. Żieda ta’ 5.6% fuq l-istess perjodu fl-2015.