Il-Gozo Channel żiedet vjaġġ ieħor bil-lejl bil-għan li fix-xhur tas-sajf il-klijenti jkunu moqdija aħjar.
Fi stqarrija ntqal li l-“Gozo Channel tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li l-iskeda tas-sajf se tibda minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2016. Gozo Channel ser tkun qed iżżid vjaġġ ieħor matul il-lejl li jitlaq mil-Imġarr fl-22.30 u jitlaq miċ-Ċirkewwa fil-23.15 dan biex ikun żgurat l-aċċessibbilita sħiħa lejn Għawdex.”