Il-Gowlkeeper magħruf Gabor Kiraly illum se jikser ir-rekord bħala l-ikbar plejer li ser ikun qed jilgħab fil- Kampjonat Ewropej fil-logħba kontra l-Awstrija. Fl-eta’ ta’ 40 sena u xahrejn, huwa ser jikser ir-rekord tal-Ġermaniż Lothar Matthaeus fis-sena 2000.
Dan il-gowlkeeper huwa magħruf għal qalżit sportiv li jilbes, li huwa kien libes l-ewwel darba sabiex jipproteġi saqajh. Minkejja li kien mitlub jibdel il-kulur ta’ dan il-qalżiet bosta drabi, huwa żamm il-kulur oriġinali minħabba li jemmen fis-superstizzjoni.
Il-fatt li ser ikun qed jilgħab kontra l-ikbar rivali ta’ pajjiżu, ser ikun bla dubju qed iġedded il-memorji sbieħ tiegħu.
Propju 18 il-sena ilu għamel id-debut internazzjonali tiegħu f’logħba kontra l-Awstrijaċi li matula salva penalty ta’ Toni Polster wara 4 minuti biss.
Matul il-karriera tiegħu huwa lagħab ma tlett klabbs Germaniżi u ħamsa Ingliżi qabel ma irritorna jilgħab mal-ewwel tim tiegħu Haladas fl-Ungerija.