Għal Nathaniel Bouvet, l-edizzjoni tal-Ġostra tal-lejla fl-Imsida hija waħda speċjali.
Dan hekk kif se ssellem il-memorja ta’ missieru Joe Bouvet li ħalla din id-dinja seba’ xhur ilu, u li matul ħajtu ħadem b’dedikazzjoni liema bħalha biex sena wara oħra, il-Ġostra tkun suċċess.
Bouvet qal li “Għalija hija speċjali, missieri rabbieni fiha u illum il-ġurnata nħossni determinat li nieħu postu fil-gostra. Ilha ssir mill-1892 żmien il-kavallieri bażikament u illejla nkunu ħmistax, tnax il-ruħ.”Duncan Muscat tana togħma ta’ dak li wieħed jesperjenza waqt il-Ġostra.
Spjega li “Fil-gostra nagħmlu arblu li dan l-arblu fih ħamsin pied. Inwaħlu tlett ibnadar fuqu u nidilkuh bix-xaħam. Il-parteċipanti jridu jitilqu bil-ġirja sakemm jippruvaw jaqbdu l-bnadar li hemm fil-quċċata tal-arblu. Illejla dak il-parteċipant li jaqbad il-bandiera ta’ fuq għandna tazza ġdida, l-bouvet cup f’isem il-ħabib tagħna, mibki, joe bouvet li illum il-ġurnata m’għadux magħna”
Il-Ġostra, li ilha ssir mill-elf tmien mija u tnejn u disgħin, se jkollha tliet rebbieħa; b’dak li jiġi l-ewwel post se jieħu l-‘Bouvet Cup’ ad unur il-memorja ta’ Joe Bouvet.