Il-Ġordan qatel 15-il priġunier, li jinkludu għaxar persuni li nstabu ħatja fuq akkużi ta’ terroriżmu.
Il-priġunieri, li huma kollha mill-Ġordan, sfaw mgħallqa kmieni dalgħodu qrib il-ħabs f’Amman.
Il-ħames priġunieri l-oħra li ma weħlux ħabs fuq terroriżmu, kienu nstabu ħatja fuq akkużi relatati ma’ stupru u attakki sesswali.
L-aħħar li l-Ġordan użat il-piena kapitali kienet bejn is-snin 2006 u l-2014.