Daħal fl-ibħra Taljani l-bastiment Golfo Azzuro. Tagħrif li għandu ONE NEWS jgħid li l-bastiment li fl-aħħar jiem spiċċa maqbud bejn sema u ilma, b’immigranti fuqu, għaliex ma tħalliex jidħol la Malta u lanqas l-Italja issa qed ikun akkumpanjat minn lanċa tal-militar Taljan lejn Sqallija.
Kien ilbieraħ li l-bastiment reġa’ telaq lejn Sqallija.
Fl-aħħar jiem l-Gvern Malti argumenta li skont regoli internazzjonali l-immigranti kellhom jittieħdu lejn l-eqreb port sigur u dak ma kienx f’Malta. Il-vapur jitmexxa minn għaqda mhux governattiva Spanjola u qabel ittieħdet id-deċiżjoni li jmur lura Sqallija ħaddiema minn tiegħu tniżżlu Malta minn fejn qabdu ajruplan lejn pajjiżhom.