Ajruplan tan-Nazzjonijiet Magħquda issejjaħ biex jevakwa numru ta’ ribelli midruba fil-Yemen.
Dan f’dak li huwa sforz biex tinfetaħ it-triq il quddiem għal diskussjonijiet ta’ paċi. Dan skont il-koalizzjoni militari immexxija mill-Arabja Sawdija.
Il-50 ribell mistennija li jittieħdu mill-kapitali tal-Yemen, Sanaa, lejn il-pajjiż ġar tagħhom l-Oman biex hemmhekk jingħataw il-kura.
Barra minn hekk, taħditiet immexxija min-Nazzjonijiiet Magħquda mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin bejn il-Gvern tal-Yemen u r-ribelli.
Dan għaliex il-gwerra fil-Yemen ikkawżat dik li hija kkunsidrata l-agħar kriżi umanitarja ta’ żmienna.
Fil-fatt fi kważi 4 snin ta’ ġlied fil-Yemen, eluf ta’ persuni nqatlu fil-ġlied, filwaqt li miljuni spiċċaw qed ibatu l-faqar u l-ġuħ.