Uffiċjali għolja tal-Ġnus Magħquda wissew li l-waqfien tal-finanzjament għall-aġenzija ewlenija tal-għajnuna tagħhom f’Gaza, jista’ jwassal għal “kollass fis-sistema umanitarja”.
Din it-twissija ġiet wara li l-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, u diversi pajjiżi oħrajn, waqqfu l-finanzjament wara l-allegat irwol ta’ xi ħaddiema tal-Ġnus Magħquda fl-attakki tal-Hamas fuq Iżrael fis-sebgħa t’Ottubru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ġnus Magħquda keċċew diversi ħaddiema fuq dawn l-allegazzjonijiet.