Tfal, żgħażagħ u anzjani ngħaqdu flimkien biex jagħtu daqqa t’id u jarmaw il-Birgu għall-festa. Dan wara li l-Kumitat Festi Esterni ta’ San Lawrenz tal-Birgu appella lill-partitarji biex jigħnu jarmaw. Dan wara li lbieraħ l-Kumitat ħabbar li d-drapp tal-purċissjoni kien se jibqa’ fil-kexxun wara li l-maltemp fuq il-gżejjer Maltin baqa’ jippersisti.
Kien wara t-titjib fit-temp li l-Kumitat ħa d-deċiżjoni li jarmaw għall-festa kif kważi dejjem sar.
Huwa fatt magħruf li fil-Birgu jintrama ammont sabiħ ta’ drapp li jiġbed l-għajn u anke l-ammirazzjoni ta’ bosta speċjalment tat-turisti. Iżda din titqies bħala deċiżjoni għaqlija biex jiġi salvat dan l-armar ta’ valur.
Ritratt: Christopher Cassar