Fl-ewwel intervista fil-pubbli
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjoanlista, Adrian Delia. F’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa mill-ħatra uffiċjali tiegħu bħala kap, Adrian Delia, biddel d-diska tiegħu minn Partit li jrid iġġib l-għaqda għal wieħed li se jkompli dak li għamel Simon Busuttil igifierijiġġiled u jattaka.
Delia qal dan fl-ewwel indirizz tiegħu lill-pubbliku fuq il-Fosos tal-Furjana waqt intervista mill-preżentatur Peppi Azzopardi.
Waqt din l-istess intervista il-Kap Nazzjonalista inqabad f’kontradizzjoni mill-istess preżentatur fuq il-Blogger Nazzjonalista Daphne Carauana Galizia. Delia ma ddejjaq xejn li jfaħħara meta fetaħ il-kanuni kif kien jagħmel Busuttil fuq l-istituzzjonijiet, dan minkejja li fil-kampanja elettorali huwa kien qal li m’hemmx post għal Caruana Galizia fil-PN.
Minkejja li tul il-kampanja tiegħu ‘Mod Ġdid’ ipprova jagħti l-impressjoni ta’ terrimot fil-Partit Nazzjonalista jekk ikun elett u li se jkunu qalbu mal-ħaddiema, il-kap il-ġdid reġgħa dawwar fehmtu. Meta mistoqsi dwar l-intorduzzjoni tal-leave għall-festi pubbliċi li jaqgħu fit-tmiem il-ġimgħa, Adrian Delia prova jaħsel idejħ u mar kontra din il-proposta billi qal li f’Malta diġà għandna ħafna leave.
Il-Kap tal-Partit Nazzjoanlista jidher ukoll li huwa maqtuh mir-realtà ta’ pajjiżna hekk kif meta kien mistoqsi dwar il-mixja li seħħet il-Ħadd filgħodu b’reazzjoni għall-immigranti llegali f’pajjiżna, Adrian Delia baqa’ mistgħaġeb.
Minn naħa tiegħu l-Partit Laburista fi stqarrija sostna li fl-ewwel sigħat wara l-ħatra ta’ kap ġdid għall-PN jidher li għalissa nbiddel biss il-wiċċ.
F’intervista fuq il-Fosos tatl-Furjana, Adrian Delia kien kważi negattiv fuq kollox. Inkluż dwar it-talba sempliċi biex il-PN ikun fuq kumitat dwar deċiżjonijiet importanti li għandhom jittieħdu għal-futur tal-pajjiż dwar l-iskart, sostna l-Partit Laburista.
Hija wkoll ħasra li minn kliemu ma tantx wera li se jikkolabora fuq kwistjonijiet oħrajn għall-ġid tal-pajjiż.
L-ewwel test ċkejken fallih għalaq jgħid l-Partit Laburista.