Ħames persuni ddaħlu l-isptar wara li tard il-Ħadd filgħaxija kienu involuti fi ġlieda fil-Ħamrun.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li dawk li ddaħlu l-isptar huma tliet tfajliet u żewġt itfal; tfajla ta’ 26 sena mis-Siġġiewi, żewġ tfajliet ta’ 19-il sena mill-Ħamrun u minn Bormla, tifla ta’ tmien snin u tarbija ta’ sena u tmien xhur. Kien tard il-Ħadd filgħaxija meta numru kbir ta’ persuni kienu involuti fi ġlieda kbira fi Triq Joseph Abela Scolaro, biswit dik li kienet l-iskola sekondarja ta’ Marija Assunta fil-Ħamrun.
Il-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tas-sitta u nofs meta allegatament żewġ familji stiednu lil xulxin għal ġlied, b’membru ta’ waħda minnhom li nqatel is-sena l-oħra tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn fejn inqala’ l-argument.Xhieda fuq il-post qalu li l-ġlieda eskalat b’tali mod li persuna allegatament saq il-karozza tiegħu f’karozza oħra li kienet ipparkjata.
Kien f’dan il-mument li allegatament intużat ħadid waqt il-ġlieda, b’ħames persuni jittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi ħfief.