Fid-disa’ distrett, li huwa kkunsidrat minn ħafna bħala fortizza Nazzjonalista hemm ġlied u pika kbira bejn il-kandidati.
Dan anke hekk kif f’dan id-distrett ħerġin l-avukati Jason Azzopardi u Joe Giglio.
Irrappurtat dan il-gazzetta MaltaToday tal-Ħadd, li qalet kif dawn se jingħaqdu mal-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo u d-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono.
F’dan id-distrett, li storikament dejjem intrebaħ mill-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar elezzjoni ġenerali telgħu tliet deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Canvassers qalu mal-gazzetta MaltaToday kif il-ġlieda għall-voti bejn Azzopardi u Giglio, ġabet iżjed firda fid-distrett.
Ġie rrappurtat kif Jason Azzopardi ħiereġ fuq dan id-distrett biex isalva ġildu fil-Parlament, hekk kif fir-raba’ distrett, id-distrett li joħroġ fuqu Azzopardi hemm ħafna min-Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Dan hekk kif is-sena l-oħra, Jason Azzopardi kien minn ta’ quddiem biex iqaċċat lil Delia minn Kap Nazzjonalista.
B’dan intqal ukoll minn canvasser ta’ Kristy Debono.
Il-gazzetta MaltaToday qalet kif il-canvassers ta’ dawn il-kandidati kellhom iżidu l-attivitajiet.
Intqal ukoll kif Kristy Debono żiedet sew iż-żjarat fid-djar, dan anke minħabba li qed tibża’ li titlef postha fil-Parlament wara li ħaditha kontra l-eks Kap Adrian Delia.
Iżda l-akbar ġlieda f’dan id-distrett hija bejn Jason Azzopardi u Joe Giglio.
Intqal kif din il-ġlieda bejn iż-żewġ avukati ilha għaddejja żmien, hekk kif meta Azzopardi kien shadow minister tal-ġustizzja rrifjuta milli jaħdem ma’ Gilgio.