Il-ġlied fl-Ukrajna qed jonqos, hekk kif il-gwerra tinsab fid-disa’ xahar tagħha.
L-aġenziji tal-intelliġenza Amerikani jemmnu li x’aktarx is-sitwazzjoni tibqa’ kajmana għall-kumplament tax-xhur xitwin. Madanakollu, s’issa l-forzi Ukreni għadhom qed isaħħu r-reżistenza tagħhom kontra r-Russja.
Fl-aħħar żmien, ir-Russja tilfet aktar minn nofs l-art Ukrena li kienet ħatfet.
Id-Direttur tal-Intelliġenza tal-Amerika, Avril Haines, żiedet tgħid li ż-żewġ naħat se jkunu qed jippreparaw ruħhom għal kwalunkwe kontro-offensiva fir-rebbiegħa.
Ritratt: Francisco Seco /AP