Il-Ġimgħa l-Kbira qiegħda dejjem toqrob, bil-preparamenti għaliha jinsabu fil-qofol tagħhom. ONE NEWS żar lill-grupp “Wirja Pasiune Hristos” mill-Knisja ta’ San Lawrenz, il-Birgu li bħalissa għaddejjin bl-aħħar preparamenti biex fit-18 t’April toħroġ il-purċissjoni fit-toroq Ġirbin.
Taħt il-ħarsien tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira Birgu, u bl-għajnuna tal-Kunsill, dan il-grupp qed jikber bi ġmielu.
Dwar dan ħadna r-reazzjoni tad-direttur tal-grupp Charles Attard.
Qal, “Ilna għaddejjin bil-parata issa din ir-raba’ sena, tinvolvi ħafna xogħol, preparamenti. Minn Jannar bdejt nipprepara biex insib is-suldati.”
Meta ġie mistoqsi rigward x’inhi l-opinjoni tiegħu fuq in-nisa jilbsu ta’ suldati fil-Ġimgħa l-Kbira, Attard qalilna hekk.
Qal, “Ma nsibx oġġezzjoni. Għala le? Mhux kulħadd għandu d-dritt li jilbes? Dan mhux ser ikunu ilbies vulgari. Tgħidli għax dak iż-żmien ma kienx hemm suldati nisa, imma ifihmni, fl-aħħar mill-aħħar illum qegħdin f’dinja moderna, ma nsibx oġġezzjoni li jkun hemm nisa suldati.”