Il-ġimgħa 6 ta’ Jannar se tingħata l-aħħar tislima lill-Matthew Azzopardi, żagħżugħ ta’ 26 sena li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku propju mal-bidu ta’ sena ġdida. Din kienet mewta traġika li ħasdet il-familjari u l-qraba tiegħu, b’mijiet jikkumentaw fuq is-sit soċjali facebook, dwar il-karattru ferrieħi ta’ Matthew.
Dan iż-żagħżugħ kien dilettant tal-karozzi u tal-muturi u għalhekk dawk viċin tiegħu ddeċidew li fuq il-karozzi tagħhom ipoġġu sticker b’wiċċ b’Matthew u fuqha kitbu “Gone too soon, but never forgotten.”
Għall-funeral taż-żagħżugħ, sħab Matthew, ma jridux li n-nies jilbsu iswed għax meta kien ħaj huwa dejjem kien jagħmel l-affarijiet avventurużi u differenti minn normal, u għalhekk talbu li l-pubbliku jilbes ħwejjeġ b’kuluri vivaċi u li d-dilettanti tal-karozzi jilbsu r-racing suits biex ifakkru l-aktar passatemp għall-qalbu li kellu Matthew.
Huma talbu wkoll, biex jiġu bil-karozzi sportivi tagħhom.