ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Prim Ministru Robert Abela b’għadd ta’ laqgħat bilaterali fl-Albanija 

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mhux minnu li uffiċjali għolja Libjani ġew f’Malta

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Taħditiet ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jintemmu f’inqas minn sagħtejn bi…

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Disgħa jinqatlu f’attakk Russu bid-drone fuq xarabank fl-Ukrajna

      17 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

Il-ġimgħa tal-Konferenza

minn ONE News 16 ta' April 2017
minn ONE News 16 ta' April 2017
  • DANIEL MICALLEF JITKELLEM DWAR L-GĦANIJIET TAL-KONFERENZA ĠENERALI
  • SPAZJU GĦAD-DELEGATI TAL-PARTIT LABURISTA U GĦAS-SOĊJETÀ

Għal Daniel Micallef, il-President tal-Partit Laburista, il-ġimgħa li tibda għada hija fost l-iktar impenjattivi. Il-Partit Laburista jibda jlaqqa’ l-ogħla organu tiegħu, il-konferenza ġenerali, u l-programm għall-jiem li ġejjin huwa wieħed ambizzjuż.

Bit-tema “Malta ’l quddiem għal iktar suċċess” din il-konferenza ġenerali se tkun waħda ta’ partit li għandu l-grinta li jkompli jġib il-bidliet f’dan il-pajjiż. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd Micallef jagħmilha ċara li d-diskussjoni mhix waħda li tħares lura.

“Il-mozzjoni li għandna quddiemna tirrikonoxxi s-suċċess li ġab il-Gvern. Ma ninsewx li s-suċċess tal-Gvern huwa bbażat fuq il-Manifest Elettorali li kien approvat mill-istess konferenza fl-2013.

Tiffoka wkoll fuq il-bidliet li kellna f’dawn l-erba’ snin. Però iktar minn hekk, inħarsu lejn l-aħħar erba’ snin bħala l-pedament għal li ġej. Pedament mil-lat ekonomiku, finanzjarju u soċjali fejn fadal affarijiet xi jsiru. Wieħed issa jista’ jħares ’il quddiem biex Malta tagħmel iktar suċċess,” qal Micallef.

Dan qed isir f’mument fejn il-Partit Laburista diġà beda jaħseb u jħabbat l-ideat dwar il-manifest elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Manifest li jista’ jkun wieħed b’saħħtu iktar minn dak għall-elezzjoni li għaddiet.

“Il-Partit Laburista fil-gvern irranġa diversi setturi. Qegħidhom f’posthom u dawwar ir-rotta. Issa l-pajjiż jista’ jibni programm iktar b’saħħtu. Nistgħu nippjanaw affarijiet li permezz tagħhom inkunu iktar ambizzjużi,” qal Micallef li fisser kif il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali hi kontinwa.

“Huwa proċess kontinwu u li qed jgħaġġel iktar meta dħalna fir-raba’ sena tal-leġiżlatura. Jekk il-manifest elettorali kien intqal li huwa Alice in Wonderland jew gimmick tal-millennju, il-manifest se jaqla’ iktar aġġettivi kkuluriti għax fih se noħolmu iktar. Imma kif għamilna din l-aħħar darba se nuru li dan huwa ħolm fattibbli,” qal il-President tal-Partit Laburista li fi kliemu jirrenja s-sens ta’ ottimiżmu.

Realiżmu wkoll

Is-sens ta’ ottimiżmu ma jfissirx li hu jew il-Partit Laburista mhumiex konxji tal-isfidi li jeżistu. Tant li tema ewlenija fil-ġimgħa tal-konferenza se tkun l-isfida tal-kera. Micallef jispjega għaliex: “Kellna għażla. Stajna għażilna settur fejn m’hemmx sfidi jew fejn ksiba suċċessi biss. Però ridna tema li għandha impatt soċjali u li fiha x’tiddiskuti anke jekk diffiċli. Huwa qasam fejn il-Gvern diġà għamel, billi rdoppja s-sussidju tal-krijiet, iżda m’hemmx fejn isir iktar. Kellna diskussjoni interna dwar din. Kien hemm min qal ‘din mhix kwistjoni antikaptika.’ Iva, imma rridu naħdmu biex nindirizzawha.”

Micallef qal li se jkun mistieden min għandu x’jaqsam mas-settur. “Dawk li jgħixu fil-kera. Din mhix biss ir-realtà tal-housing soċjali imma s-settur tal-kera fl-iktar sens wiesa’ tiegħu. Fejn għandek nies li mhumiex qegħdin fil-faqar jew ma jaħdmux. Hemm min għandu paga tajba u l-kirja ra tiżdied minn €500 fix-xahar għal €800 fix-xahar. Għandna suq li ssaħħaħ ħafna kawża ta’ ekonomija li qed tikber. Mhix xi ħaġa negattiva fiha nfisha imma huwa suċċess li ħalla vittmi wkoll u dawk ir-realtajiet iridu jkunu indirizzati. Hija sfida li forsi tajjeb li jkollna. Għax il-problema li jkollok proprjetà fuq is-suq u ħadd ma jrid jikriha iktar kerha,” żied Micallef.

Tenna li l-Partit Laburista se jħares lejn l-aspett minn diversi aspetti, għalkemm fi kliemu: “Dawk vulnerabbli jieħdu prijorità.”

Is-sehem tal-pubbliku jfisser li se tkun konferenza ġenerali fejn il-Partit Laburista jaġixxi ta’ wieħed miftuħ. Partit li mhux magħluq fih innifsu. Hawn dlonk il-mistoqsija. Se terġa’ tkun konferenza ta’ moviment u ta’ partit li qed jilqa’ nies ġodda?

Tweġiba skjetta minn Daniel Micallef: “Wieħed m’għandux għalfejn jistenna l-konferenza biex jara li dan il-momentum inżamm. Il-Prim Ministru għamel appell li l-bibien tal-Partit Laburista huma miftuħin beraħ. Hemm persuni li jafuhom in-nies u għalhekk meta jagħmlu ħsibijiet pubbliċi jkunu nnotati imma hemm ħafna nies li b’mod silenzjuż qed jagħżlu lill-Partit Laburista. Dan nattribwih għal minn fejn telaq il-PL u fejn qiegħed illum. Qabel l-elezzjoni li għaddiet, il-Partit Laburista kien iffaċċjat b’diversi akkużi bħal li jiġġammja l-ekonomija u jżid il-qgħad u kellek nies li jgħidulek kif qegħdin nafu u kif se nkunu ma nafux. Illum jafu kif qegħdin taħt gvern ġdid u dak jikkonviniċihom jagħmlu l-pass.”

Iżda, il-moviment huwa possibbli wkoll grazzi għal dawk li huma attivisti kbar tal-Partit Laburista. Staqsejt x’inhu l-animu fost id-delegati tal-Partit Laburista.

“Id-delegati tal-Partit Laburista jien ikolli rapporti regolari magħhom u ftit ilu kellna l-laqgħat ġenerali tal-lokalitajiet. Il-ħsus ġenerali huma li dan il-Gvern qed jagħmel ġid kbir lill-pajjiż. Il-messaġġ li nieħu hu li għandna biex inkunu kburin. Għax dak li qabel konna nitkellmu u noħolmu dwaru u nimbottaw biex isir u qatt ma sar, illum huwa realtà. Il-konferenza ġenerali u l-attivisti tal-partit għandhom mertu għal dawk il-miżuri li ddaħlu,” qal Micallef li semma lista’ twila ta’ miżuri u inizjattivi li ħa l-Gvern.

Realtà ta’ partit fil-Gvern

Iżda, kemm kien diffiċli li l-Partit Laburista jadatta għall-Gvern.

“Meta partit ikun ilu 25 sena fl-oppożizzjoni ikun qed jaħseb bħala oppożizzjoni. Hija realtà ġdida. Jien qatt ma kont naf il-Partit Laburista fil-gvern għax fis-96 kelli 10 snin. Illum hemm Gvern li int taf,” irrakkonta Micallef.

“It-tranżizzjoni mill-oppożizzjoni tal-Gvern tieħu ftit żmien. Però nenfasizza li trid titgħallem li l-Partit Laburista m’għadux fl-oppożizzjoni, iżda ma tidrax il-Gvern. Din nisħaq fuqha. Huwa perikoluż li tidra l-Gvern u taħseb li qiegħed hemm għal dejjem. Huwa perjodu ta’ fiduċja misluf min-nies u dik trid taħdem għaliha kuljum u kull ma rridu nħarsu lejn l-oppożizzjoni li tant kienet drat il-Gvern li għadha taħseb li għadha fil-Gvern. U dan joħroġ ċar bil-mod kif taġixxi l-oppożizzjoni, negattiva u trid takkuża fuq kollox,” qal Micallef.

Din se tkun ukoll il-konferenza li tagħlaq darba għal dejjem il-kwistjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-Partit Laburista mal-Kummissjoni Elettorali. Il-kelma kwistjoni joġġezzjona għaliha.

“M’hemm ebda kwistjoni. Il-kwistjoni ħoloqha l-Partit Nazzjonalista għax ried kwistjoni meta nqabad li qed jieħu l-flus mhux dikjarati mingħand ħaddieħor. Aħna ktibna lill-Kummissjoni Elettorali u għednielha li dak li kien hemm pendenti b’rabta mal-istatut konna se nindirizzawh f’din il-konferenza ġenerali annwali, għax dak kien imiss. Ma kellniex risposta lura li ma stajniex nagħmlu dan jew li kellna nagħmlu dan qabel. L-emendi meħtieġa diġà kienu diskussi u issa t-Tlieta jkunu approvati f’sessjoni plenarja. Però assolutament kienet bużżieqa tal-Partit Nazzjonalista.

Aħna morna nirreġistraw immedjatament kif daħlet il-liġi, qabel il-Partit Nazzjonalista. Issa ħaddieħor irid jgħid li l-Partit Laburista ma jeżistix. Forsi dik hi x-xewqa tiegħu. Imma mhux ir-realtà,” tenna l-President tal-Partit Laburista li fakkar kif il-Partit Laburista jippubblika l-kontijiet tiegħu. “Nirreferih għad-dibattitu dwar il-finanzjament u jekk ma jifhimx nirreferih għall-Partit Nazzjonalista li nqabad b’sistema li ssejħet skandlu Pagi PN.”

“Le ma nifhimhiex. Qabel l-2013 qatt ma smajna li l-PN kellu diffikultajiet finanzjarji. Mill-għada tal-elezzjoni qamet din il-kwistjoni u jissemmew ċifri ta’ miljuni kbar.

Wieħed jistaqsi kif din il-problema feġġet l-għada tal-elezzjoni ġenerali. Kien hemm xi vit li ngħalaq minn xi mkien? Rajna ħaddiema ma jitħallsux. Rajna ħaddiema jitkeċċew. Naħseb li l-mod kif jaħdem il-PN jirrifletti kif kien imexxi l-Gvern. Għaqal ta’ xejn u nuqqas ta’ trasparenza,” temm jgħid Micallef filwaqt li kompla jħejji għal waħda mill-iktar ġimgħat impenjattivi u importanti għall-Partit Laburista.

TAGS daniel micalleflabourPartit LaburistaPL
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

    17 ta' Mejju 2025
  • Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

    17 ta' Mejju 2025
  • ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

    17 ta' Mejju 2025
  • Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

    17 ta' Mejju 2025
  • Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

    17 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept