Fi tmiem din il-Ġimgħa, jitla’ s-separju fuq Mużika Mużika, il-festival tal-kanzunetta Maltija 2022. Fl-MFCC Ta’ Qali għaddejin ġmielhom il-preparazzjonijiet loġistiċi u l-provi għat-tliet serati tal-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt
Fuq il-palk ta’ Mużika Mużika ser naraw 21 kanzunetta tikkompeti fis-serata tal-Ħamis, li minnhom jgħaddu 12-il kanzunetta għall-finali tas-Sibt. Il-Ġimgħa, tispikka s-serata ta’ kanzunetti klassiċi u popolari Maltin, fejn naraw lis-semifinalisti jingħaqdu ma’ kantanti oħra.
Il-festival huwa organizzat minn Festivals Malta taħt il-patroċinju tal-Onor. Owen Bonnici mill-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi fl-MFCC Ta’ Qali u jkun parti mill-udjenza. Aktar informazzjoni tista’ ssibha fuq http://www.muzikamuzika.org
L-edizzjoni ta’ Mużika Mużika 2021 kienet intrebħet minn Glen Vella bil-Kanzunetta ”Ħarsa Biss” fuq kliem ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella