Il-ġimgħa li għaddiet inħarġu 620 multa għall-persuni li kienu mingħajr maskra.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Byron Camilleri qal kif mijiet oħra, speċjalment lejn il-bidu tal-ġimgħa, ġew imwissija li jridu jilbsu l-maskra kullimkien u aktar minn hekk jilbsuha sew.
Dawn il-multi nħarġu minn uffiċjali tal-komunità.