Il-Ġimgħa l-Kbira f’Malta ntemmet b’ġest kbir ta’ solidarjetà mill-Maltin u l-Għawdxin li taw aktar minn €1.6 miljun għal Puttinu Cares. Il-ġabra saret fuq il-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali li kien iddedikat kollu għall-ħidma ta’ Puttinu Cares li joffri spalla u wens għall-persuni morda bil-kanċer.
Id-donazzjonijiet li nġabru se jkomplu jgħinu biex Puttinu jwettaq il-missjoni tiegħu li jgħin fl-akkomodazzjoni ta’ persuni li jkunu jeħtieġu jitilgħu għall-kura fl-Ingilterra.
Tul il-programm, il-Prim Minsitru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jkun qed jipprovdi €5 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex jibda l-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fil-qalba ġewwa Londra.